Fl-aħħar jiem intqal li tas-Super 1 qed jifhmu ħażin fuq il-bżonn taż-żieda fid-difiża.
Issa aħjar, ħareġ Olaf Scholz u tistgħu taqraw hawn:
Dan ma setax jibla’ l-lixka tal-Konservattivi aktar milli belagħha fl-2022. Ursula von der Leyer dawwritu tidwira tajba. Issa jonqsu l-aħħar waħda mill-Parlament Ewropew.
Il-Kanċillier Ġermaniż qed jgħid li rridu nżiedu l-ispiża militari u tad-difiża, però mhux mill-baġit tal-EU imma minn partijiet oħra għax qed isemmi anke in-NATO.
Tant li Olaf Scholz qal eżatt kif għidtilkom jien li hemm problema li l-pajjiżi għandhom kwistjoni ta’ ekonomiji mhux sejrin daqshekk tajjeb allura hemm problema ta’ flus.
Ukoll il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew qal li rridu nżidu in-nukleari. Minn fejn se jitħallsu?
Issa irridu naraw x’se tkun in-narrattiva la jkun hemm il-pressjoni fuqhom fil-plenarji. Ħa naraw x’se jingħad.
Sadanittant, qed nistenna x’se jiġri fuq il-Minsk agreementa tal-Ażebajġan fuq Nagorno-Karabakh għax skont Aliyev din tidher li solvewha, billi ħadu t-territorju b’aggressjoni t’armi.
Issa min hu ipokrità, please? Tas-Super 1?