Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Urusla von der Leyen ħarġet tgħid li trid li jkun hemm Kummissarju Ewropew għad-Difiża.
X’inhu l-iskop għalih jew aħjar għaliha, għax tidher li diġa maqbula min jista’ jkun, hi waħda ta’ ħafna mistoqsijiet.
Li huwa żgur hu li aħna taħt it-Trattat diġa għadna Kummissarju li jissejjaħ Rappreżentant Għoli u li hu nkarigat mill-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Ewropea, li taħthom jaqgħu d-difiża u l-militar.
Nifhem li dan mhux għall-qalb il-President tal-Kummissjoni Ewropea għax taħdem bi ftit nies li tafda hi biss u trid kontroll intern totali.
Ursula von der Leyen trid Kummissarju Ewropew għad-Difiża sabiex ikun hemm konċentrazzjoni ta’ poter fil-bini tal-Berlaymont li huwa il-bini ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea, fejn hemmek hi ukoll dawwret kamra tal-ħasil f’kamra tas-sodda fejn tgħix ta’ kuljum.
Se nitkellem aktar dwar dan f’artiklu bl-Ingliż il-ġimgħa d-dieħla.
Ċara li t-Trattat ma jippermettix li l-baġit Ewropew iħallas għall-militar u armi letali.
Jien naħseb li aktar għandu jkun hemm Kummissarju għall-Mediterran.