Ftit tal-ġimgħat ilu kont fuq il-programm Xtra mal-ġurnalist abbli Saviour Balzan, fejn ikkritikajt id-deċiżjoni li l-Parlament Ewropew ħa dwar l-użu tal-lingwa Maltija, fil-kumitati ‘l bogħod minn dak li suppost se jkun ipprovdut fil-Plenarja. Infatti, m’hemmx garanzija li fil-kumitati l-użu tal-lingwa Maltija hi granatita.
Ir-riżoluzzjoni li l-Malti ma jintużax u li mhux se jkun hemm garanzija sħiħa li jintuża kontinwament fil-kumitat fil-leġiżlatura li jmiss kienet meħuda fit-30 ta’ Jannar 2024. Wara din id-deċiżjoni fit-8 ta’ Frar il-President tal-Parlament Ewropew kitbet lill-Prim Ministru sabiex ittarraflu li hi inkwetata b’dak li qed iseħħ fejn iddeskriviet li m’hawn biżżejjed interpriti. L-argument idur madwara il-loġika li jekk id-deċiżjoni kienet meħudha, għall-kirjanza seta’ kien hemm korrispondenza minn qabel id-deċiżjoni ittieħed. Infatti, ħallejt kopja tar-riżoluzzjoni lill-ġurnalista Saviour Balzan.
Għalhekk, iddeċiedejt li nċempel uħud mill-intepriti li huma ħbieb tiegħi sabiex nistaqsihom x’qed iseħħ. Ħafna minnhom kont nitlaqa’ magħhom meta kont inkun fil-Kunsill Brussell. Huma persuni li jaħdmu ħafna u għamlu xgħolhom dejjem b’reqqa. Dan nixhdu jine. Uħud minnhom qaluli li xi kultant jaħtuhom xogħol u oħrajn daqqa jqabbduhaom ġimgħa minn xahar u oħrajn ġimgħatejn. Bażikament, jidher li ġenerlament m’hemmx uniformità fil-prassi ta’ kif titħaddem is-sistemà tal-interpriti fil-parlament Ewropew. Nemmen li jinħtieġ aktar governanza u trasparenza f’dar-rigward u jkun riveduti il-prassi ta’ kif ikunu ingaġġatti l-intepriti.
Meta fil-passat il-Kummissjoni Ewropea, li jien nikkritika ħafna, sabu li hemm żbilanċ ġeografiku għal mod ta’ kif jaħdmu il-Maltin fil-Kumimssjoni Ewropea, inkluż l-interpriti, iltaqgħu mal-Permanenza ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u fasslu pjan sabiex isolvu il-problema. Minn dan kollu ma seħħx fuq in-naħa tal-parlament Ewropew. Nifhem, li jekk tkun inkwetat b’xi ħaġa, l-inkwiet ikun ilu ġej, u għalhekk taħseb ħalli tilqa’ għaliha qabel u mhux wara li ssib il-probelma ma’ wiċċek. Infakkar li bħala Maltija, il-President tal-Parlament Eropew, kellha tħares aktar il-lingwa tagħna u tara li jsir tali ippjanar minn qabel kif għamlu il-Kummissjoni Ewropea.
Qed nikteb dan minħabba l-fatt li nkunu fejn inkun il-lingwa Maltija għandha tkun irrispettata, dejjem. Kien hemm min bagħtli messaġġ biex jizzikani għax ma kontx tkellimt fuq il-lingwa Maltija u d-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-linja tal-ajru l-ġdida. Weġibt li ma kontx naf biha qabel u ħriġt nitkellem minnufih kif sirt naf li min kien qed jagħmel l-interviews sabeix jingaġġa nies ġodda mal-linja tal-ajru l-ġdia, m’għamilix obbligatorja li tkun taf il-lingwa Maltija. Nemmen, li jekk saret b’mod ġenwin, sabiex isibu aktar talent dejjem bħalma nagħmel dejem nagħti il-benefiċċju tad-dubju, bl-istess argument kont nagħmel dil-prerogattiva wara li nkun ħriġt l-għajta għan-nies u jekk ma nsibx wara li jkunu għamlu l-interviews, mhux minn qabel sabu n-nies. Minn dan s’issa mhux ċar ta’ x’seta’ seħħ fil-proċess. Apprezzajt però li dlonk ħareġ il-Prim Ministru u ta struzzjonjiet li l-Malti irid ikun rispettat mil-linja tal-ajru il-ġdida. Apparti minn hekk il-Kap taċ-Ċivil ta struzzjonjiet ukoll fejn jidħlu l-entitajiet pubbliċi sabiex il-Malti jkun irrispettat.
Nemmen ukoll li anke il-ħaddiema li bagħtu il-Kummissjoni Ewropea f’Dan l-Ewropa f’Malta, kellhom ikunu jafu il-Malti. Infatti, il-persuna li kien impjegat kien ġie jkellimni waqt konferenza li organizzaw fuq l-ESG u qalli min hu. Dak inhar għidtlu, li suppost qed ikellimni bil-Malti, u daħaka. Fil-fatt bdejt inkellmu bil-Malti u beda jidħak. Apparti dan, nemmen li l-lingwa tagħna għandha dejjem tkun irrispettata. Hi lingwa sabiħa ħafna, mgħonija bl-isbaħ kliem meta tużha tajjeb għax tagħtina wkoll identità.
Fl-aħħar nett ma nistax ma nsemmix l-insterivsta li kellu l-eks kap tal-oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil, li qal li dak li jridu jibnu bħala Unjoni Ewropea, qed jagħmluh sabiex ibeżżgħu lir-Russja. Skont Dr. Busuttil irid li jbeżżgħu lir-Russja bid-difiża. Għall-mument meta rajtha għaddejja fuq il-midja soċjali, kelli nerġa’ nara hux qed nara sew. L-uniku mod ta’ kif l-Unjoni Ewropea tista’ tbezza’ lir-Russja sa fejn naf jien, hu li tibni xibka nukleari kif qal ukoll il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber li aċċenna li dan hu mod li toħloq deterrent. Id-difiża li qed jitkellmu fuqha dik hi u mhux id-difiża tat-tekonoloġija informatika, jew ta’ kontra diżinformazzjoni. Wara ftit tensjoni u pressjoni, jidher li l-maskli waqgħu. Apparti kollox, it-taħwid li sar fuq livell internazzjonali fil-politika u d-diplomzija, għad irridu nħossu l-effett tiegħu fis-snin li ġejjin. Jekk il-President tal-Kummissjoni Ewropea tibqa’ għaddejja bin-narrattiva ta’ difiża u bini ta’ armamenti, flimkien ma’ sħabhom tal-Partit Popolari Ewropew mela jidher ċar fejn l-Unoni Ewropea trid tmur. Għażla waħda għandkom, oħorġu vvutaw u għażlu b’moħħkom liema partit se tivvutaw.