Ħadd għadu ma ċaħdu lil Manfred Weber fuq l-armi nukleari

Share This Post

Watch: War With Russia? Clint Azzopardi Flores Blasts Top EU Politician’s Nuclear Weapon Call

Meta poġġejt ma’ Tim Diacono minn Lovin Malta u ġejt mistoqsi għala tkellimt kontra il-gwerra u Manfred Weber, weġibt li l-kritikà tiegħi kienet f’konnessjoni ma’ dak li qali li jrid iżid il-produzzjoni u l-forniment tan-nukleari, li jmur kontra kull ħsieb tal-Unjoni Ewropea.

Nifhem li l-President tal-Parlament Ewropew qalet li rridu nżiedu d-difiża mill-baġit Ewropew, imma ovvjament dak li qal Manfed Weber ma jistax ikun iffinanzjat mill-baġit Ewropew għax it-Trattat ma jippermettix dan. U wara kollox id-dinja kollha semgħet l-appelli għall-forniment ta’ long-range missiles u fighter jets lejn l-Ukrajna. Li jfisser, li n-nies mhux joħduha bis-serjetà fuq dil-kwistjoni.

Allura, minn fejn se jkunu iffinanzjati? S’issa ħadd għadu ma ħareġ jiċħad l-istqarrija ta’ Manfred Weber. Sempliċi ħafna. Taqblu miegħu jew ma taqblux? Inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Jekk ma taqblux, għamlu bħali u oħorġu għidu li ma taqblux minflok tintefgħu tinbarmu fuq is-sufan.

More To Explore