In-Nisa u s-Sostenibbiltà Finanzjarja għalihom

Share This Post

Jumejn qabel l okkażjoni ta’ Jum il-Mara, ġiet organizzata diskussjoni mill-ħbieb ta’ Clint Azzopardi Flores bit tema “In-Nisa u s-Sostenibbiltà Finanzjarja” fejn ġew diskussi diversi punti rigward is-sigurtà tal-mara biex tgħix l-istil ta’ ħajja kif mixtieq. Id-diskussjoni tmexxiet minn Sandro Mangion.

Kien hemm diversi suġġetti li spikkaw, fosthom il proposti li ħarġet bihom l-Eks President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro, fejn saħqet li sabiex wieħed jisfida n-norma tal-ġeneru, is-sistema edukattiva trid tinbidel drastikament. Filwaqt li temmen li l isterjotipi tas-sessi għandhom jiġu indirizzati mill-età tenera tal-kura tat-tfal, appellat għal trasformazzjoni fis-sistema edukattiva ikbar sabiex it-tfal jitrabbew b’moħħ iktar miftuħ, li jaħsbu għalihom infushom, u mhux jagħmlu dak li jgħallimhom ħaddieħor.

https://talk.mt/in-nisa-u-s-sostenibbilta-finanzjarja/

More To Explore