Il-Ħadd li għadda l-editorjal tal-Maltatoday spjega li hawn bżonn ta’ diskussjoni matura fuq id-difiża Ewropea.
Dan wara li jien ktibt li l-Ġermaniżi ma nistgħux inħallulhom armi kif kellhom fil-passat f’idejhom.
Dlonk ħareġ it-tron tal-għerf li jrid jagħllem il-poplu, li meta kienu fil-gvern huma bil-kemm irnexxielu jwassal rotta tal-linja minn Raħal Ġdid sal-Belt Valletta. Però fl-istess ħin irid jitkellem fuq fruntieri barranin u militar.
Jien nawguralhom jibqgħu sejrin hekk. M’għandi l-ebda problema nitkellem u ngħid l-affarijiet kif inhuma. Delia qal li jiena ‘nutcase’. Jien ngħidlek ibqa’ sejjer hekk.