S’issa l-Unjoni Ewropea għadha ċassa quddiem Ilham Aliyev

Share This Post

Meta Vladimir Putin invada l-Ukrajna, taħt kull forma ta’ illegalità taħt il-liġi internazzjonali, għax ma tistax tbiddel il-fruntieri u mappa sempliċiment b’aggressjoni t’armi, l-Unjoni Ewropea għamlet maratona u tiritombla ta’ sanzjonijiet.

Meta Ilham Aliyev, daħal u xkupa lill-Armeni minn Nagorno-Karabakh sabiex jieħu t-territoju lura, l-Unjoni Ewropea baqgħet ċassa quddiem dan kollu. M’għamel xejn aktar li m’għamilx Valdimir Putin.

Nifhem, li meta il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Ażerbajġan huma ‘reliable partners’, issa ma tistax tmur lura minn kelmitha minħabba li qed ifornihom il-gass.

Ħaġa waħda, dan-nies m’għandhomx viżjoni Ewropea. Però għandhom viżjoni waħda li jaqgħu għal kull lixka li jdaħħalhom ħaddieħor fiha bl-iskuża ta’ ‘shared values’ u ħafna filosofiji oħra, li imbgħad jaħdmu kontra tagħna stess l-Ewropej għax iħalluna waħidna.

Ursula von der Leyen qed tittama għal term ieħor. Aktar ma ddabbru raskom malajr, aktar aħjar.

Ovvjament, minħabba f’hekk dħalna f’kompetizzjoni ta’ min se jipproponi l-aktar militar u difiża bejn min imexxi l-istituzzjonijiet sabiex iżommu posthom.

More To Explore